Reġistrat progress bejn l-Air Malta u l-ALPA – One News

Notifiki

Reġistrat progress bejn l-Air Malta u l-ALPA

Ġie reġistrat progress fir-relazzjonijiet industrijali bejn il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta u l-unjin tal-bdoti, l-Alpa.

Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li minn nhar it-Tnejn li ġej iż-żewġ partijiet se jkomplu bit-taħdidiet madwar il-mejda biex isolvu kwistjonijiet pendenti.

Dan sabiex jassiguraw li jkun hemm relazzjonijiet industrijali tajba, għall-ġid ukoll tal-ħaddiema.

Fid-dawl ta’ dan l-Air Malta qalet li b’sens ta’ rieda tajba rtirat il-mandat ta’ inibizzjoni kontra l-ALPA u qalet ukoll li bħala kumpanija se tkun qed terfa’ xi spejjeż legali marbuta mal-każ li kien nfetaħ.

Il-mandat ta’ inibizzjoni kien ġie aċċettat sar wara li l-unjin tal-bdoti kienet ordnat azzjonijiet industrijali meqjusa llegali wara li l-Gvern ma laqax it-talba tagħha għal skemi tal-irtirar kmieni li magħha kien hemm marbuta ħlas ta’ €700,000 għal kull wieħed mill-bdoti anke jekk il-kumpanija tfalli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend