Jinżamm arrestat wara li kien akkużat weġġa’ ħafif lit-tfajla tiegħu – One News

Notifiki

Jinżamm arrestat wara li kien akkużat weġġa’ ħafif lit-tfajla tiegħu

Ragel ta’ 32 sena nżamm arrestat akkużat li weġġa’ ħafif lit-tfajla tiegħu.

Il-każ ġara fit-3 ta’ Dicembru fiż-Żurrieq.

L-Ispettur Trevor Micallef qal li waqt li beda jieħu d-droga, it-tfajla pruvat twaqqfu għax kien hemm t-tfal, imma ħebb għaliha u mar għaliha b’sikkina imma fortunatament hija weġġħet ħafif.

Viżibilment emozzjonat huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu.

L-Avukat tiegħu għamlet talba lid-Direttur tal-ħabs sabiex l-akkużat jinżamm fil-forensic ward u jingħata l-għajnuna għal vizzju tad-droga. L-Avukat tiegħu infurmat lill-Qorti li l-kunjata tiegħu taħdem gwardjana l-ħabs u saret talba lid-Direttur tal-ħabs sabiex ma jkunx hemm kuntatt bejn il-kunjata u l-akkużat.

Il-Maġistrat Simone Grech ħarġet protection order fil-konfront tal-vittma.

Huwa nżamm arrestat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend