Ħelsien mill-arrest wara li aggredixxa Somalu – One News

Notifiki

Ħelsien mill-arrest wara li aggredixxa Somalu

Raġel ta’ 23 sena mis-Somalia residenti Żebbuġ, Għawdex, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ammetta li kkaġuna grieħi gravi fuq żagħżugħ ieħor. Il-każ ġara nhar is-Sibt f’nofs illejl fi Triq il-Munġbell, Żebbuġ, Għawdex, meta kkaġuna ġrieħi gravi fuq zagħzugħ ta’ 24 sena mis-Somalja.

L-akkużat aggredixxa liż-żagħżugħ b’oġġett bil-ponta u li jaqta’, tant li l-vittma kellu jittieħed l-isptar ġenerali ta’ Għawdex.

Huwa tressaq il-Qorti ta’ Għawdex fejn l-ħelsien mill-arrest b’diversi kundizzjonijiet. Bil-Maġistrat Brigette Sultana ordnat sabiex l-akkużat jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend