Is-Sindku tal-Belt Alfred Zammit flimkien mal-Kunsilliera Laburisti appellaw għall-Għaqda nazzjonali u biex jirrenja s-sens komun f’dawn iċ-ċirkostanzi.
Fi stqarrija, il-Kunsill tal-Belt qal li r-residenti Beltin qegħdin ibatu l-konsegwenzi bħalma qegħdin ibatu tal-ħwienet fil-Belt b’rapporti ta’ nuqqas ta’ bejgħ bil-konsegwenza ta’ telf ta’ impjiegi.
Il-Kunsill tal-Belt qal li dak li nbena matul is-snin fil-Belt jista’ jintilef jekk mhux ser jiġi mħares l-interess nazzjonali minn kulħadd.
Sostna li bla ma jiċċaħħad id-dritt li wieħed jipprotesta, appella biex f’dan iż-żmien ta’ għaqda nħallu s-serenità tirrenja u b’hekk il-familji kollha jkunu jistgħu jidħlu l-Belt jgawdu il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.