ARA: Il-bijografija ta’ Monsinjur Philip Calleja – One News

Notifiki

ARA: Il-bijografija ta’ Monsinjur Philip Calleja


“Kemm hu sabiħ li tgħix u li l-Mulej jisilfek l-għomor.”

Dan kien kliem Karmenu Calleja, wild minn familja ta’ sitt aħwa li minnha għad baqa’ biss hu u ħuh. Hu stqarr li fil-ħajja l-bniedem jibqa’ magħruf għall-għemejjel tajbin. L-istess għemejjel li permezz tagħhom ħa jibqgħu jiftakru lil ħuh Philip.

Il-Monsinjur Philip Calleja; għal ħafna huwa isem sinonimu mal-emigrazzjoni. Sinonimu mal-għajnuna u l-ħidma sfieqa tiegħu fi ħdan il-komunità tal-emigranti.

Il-Monsinjur li fit-8 ta’ Diċembru ser jagħlaq 91 sena llum għandu bijografija ddedikata għal ħajtu li fiċ-ċentru tagħha kien hemm ħidmietu mal-emigranti.

Is-suċċessur tiegħu Monsinjur Vella stqarr li Calleja kien japprezza r-rigal tal-ħajja u matulha l-Monsinjur tgħallem il-filosofija mill-Università u t-tifsira tal-ħajja mill-Università tat-triq.

Monsinjur Vella tkellem fuq il-ħidma ta’ Monsinjur Calleja li kienet tinkludi numru ta’ żjarat f’kampijiet tar-refuġjati f’diversi pajjiżi. Qal ukoll li kien il-Monsinjur Calleja li nsista li missjunarji Maltin jingħataw pensjoni minkejja li ħidmiethom kienet tkun ħafna drabi barra minn xtutna.

Il-Monsinjur Vella saħaq li meta ma kienx jaqbel ma dak li kien qed jiġri, il-Monsinjur Calleja qatt ma warrab ir-responsabbilitajiet li kellu.

Il-bijografija ta’ Monsinjur Philip Calleja miktuba minn Charles Buttigieg tnediet f’ċerimonja li għaliha kien hemm l-Arċisqof Charles Scicluna.

Monsinjur Scicluna faħħar il-ħidma u l-għajnuna li rnexxielu jagħti l-Monsinjur Calleja tul ħajtu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend