ARA: Diġà bdew iħabblu rashom biex jixtru r-rigali – One News

Notifiki

ARA: Diġà bdew iħabblu rashom biex jixtru r-rigali


Għal uħud ix-xiri tar-rigali jġib miegħu ħin twil ta’ pjanar u ħsieb x’għandu jixtri lil qraba u ħbieb. Oħrajn, anke mingħajr ma jridu jispiċċaw iħallu x-xiri tar-rigali għall-aħħar.

Fost l-iktar rigali komuni li l-Maltin jagħtu lil qrabathom hemm il-ħwejjeġ, il-flus u ġugarelli għat-tfal.

Għal ġranet sħaħ aktar ma jersaq viċin Jum il-Milied, il-Maltin jerħula għall-ħwienet biex jeħilsu kemm jista’ jkun rigali f’ħarġa waħda.

Xi wħud forsi jħossuha bħala inkonvenjenza li joħorġu u jixtru r-rigali. Iżda fl-aħħar mill-aħħar xorta jagħmlu dan bil-qalb u b’mod ġenwin biex jikkuntentaw lil dawk l-aktar qrib tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend