AĠĠORNATA: Ħadd ma jsalva wara li żbroffa vulkan fi New Zealand – One News

AĠĠORNATA: Ħadd ma jsalva wara li żbroffa vulkan fi New Zealand

Ħadd ma salva wara li żbroffa vulkan fi gżira magħrufa bħala ‘White Island’, ftit ‘il barra mit-Tramuntana ta’ New Zealand. Il-Pulzija kkonfermat li mal-ewwel kien stabbilit li ħames persuni tilfu ħajjithom kawża ta’ dan, in-numru mistenni jikber minħabba l-ammont kbir ta’ persuni u turisti li kienu fuq il-gżira fil-ħin li żbroffa l-vulkan.

Uffiċjali tas-salvataġġ kellhom jistennew għal xi ħin qabel ma bdew l-operazzjoni ta’ salvtaġġ minħabba li ż-żona kienet instabbli ħafna għal tul ta’ ħin. Hu mifhum li mal-50 persuna fosthom turisti kienu viċin il-vulkan meta żbroffa.

Ritratt: CNN

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend