Paġna ġdida li ser tkompli tgħaqqad il-moviment laburista – Joseph Muscat – One News

Paġna ġdida li ser tkompli tgħaqqad il-moviment laburista – Joseph Muscat

Bl-għajta “Joseph, Joseph”, folol ta’ nies, inġabru sa minn sbieħ il-Jum fin-Naxxar f’Ħaż Żebbuġ u fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid sabiex isellem lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lill-martu, s-sinjura Michelle Muscat.

Folla maqgħuda flimkien, frott l-għaqda li dejjem ħadem għaliha l-Prim Ministru Joseph Muscat f’dawn il-kważi tnax-il sena.

Moviment li nbena madwar il-Partit Laburista, li se jibqa’ maqgħud u tenna l-bżonn li l-moviment ikun hu li jikteb l-istorja tiegħu. Filwaqt li issa jimmarka paġna ġdida.

Dwar id-deċizzjoni li ħa il-Ħadd li għadda, Dr Muscat qal li hu minn dejjem kien jemmen li Prim Ministru m’għandux jagħmel iktar minn żewġ termini. Iżda sostna li huwa kburi li kull  deċizzjoni li ħa f’dawn l-aħħar snin ħadha dejjem fl-aħjar interess ta’ pajjizna.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li kien hawn min ġenwinament inkwieta li l-għażla tal-mexxej ġdid se taqsam Partit, bħal ma ġralu ħaddieħor li ma jistgħax isewwi l-qasma li jinsab fiha. Iżda saħaq li l-moviment se joħroġ differenti minn ħaddieħor. Filwaqt li ma eskludiex li dawk li huma għatxana għall-Poter, dalwaqt iduru għall-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

Il-Prim Minsitru qal li tnax-il sena ilu ntgħazal sabiex iservi lil dan il-moviment u l-pajjiż, imma issa jinsab aktar minn kburi li se jerġgħa jkun l-iċken wieħed fost il-poplu.

B’ton b saħħtu qal li l-Gvern se jagħmel l-mandat tiegħu kollu għax għandu l-ikbar appoġġ li qatt ingħata mill-elettorat.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sellem liż-żewġ kontestanti għall-kariga, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u d-deputat Robert Abela li stqarr li għandhom il-kwalitajiet kollha sabiex iservu u jkomplu jaħdmu fuq il-prinċipji ta’ dan il-moviment. Filwaqt li wiegħed il-lealta assoluta lejn il-mexxej il-ġdid.

 

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *