BIL-FILMAT: Il-Prim Ministru jsib folla kbira tistennih f’Raħal Ġdid – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Il-Prim Ministru jsib folla kbira tistennih f’Raħal Ġdid

Il-Prim Ministru ndirizza lin-nies fit-tielet u l-aħħar lokalità għal-lum, dik ta’ Raħal ġdid, fejn għal darb’oħra sab folla ferm numeruża tistennih.

Flimkien ma’ martu Michelle Muscat huwa rringrazzja lill-folla għall-imhabba u rispett li tawh għal dawn it-tnax -il sena li ilu jmexxi il-Partit Laburista.

Qal kif jemmen li Prim Ministru m’għandux jagħmel aktar minn żewġ termini.

Qal kif issa qed issir ġustizzja fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia hekk kif inqabad l-allegat mandata wara dan il-qtil. Il-Prim Ministru tenna kif dan il-partit ma jħares lejn wiċċ ħadd.

Qal li kien hemm bżonn li huwa jitlaq ħalli tibda paġna ġdida u minn jiġi warjah ikun jistgħa jibni fuq it-tajjeb li għamlu flimkien, filwaqt li “l-iżbalji li saru jew setgħu saru dawk nitgħabba bihom jien”.

Reġgħa tenna biex inżommu l-għaqda fil-Partit Laburista hekk kif il-Gvern Laburista għandu mandat ċar.

Sostna li filwaqt li ħaddieħor hu koalizzjoni għall-poter il-Partit Laburista huwa maqgħud wara l-prinċipji tal-Partit, u li l-għażla għall-mexxej ġdid ser tgħaqqad aktar lill-moviment Laburista.

Huwa wiegħed il-lealtà lill-mexxej il-ġdid u appella biex l-għaqda tibqa’ tirrenja f’dan il-moviment.

Qal li jrid jara lil dan il-pajjiż jibqa’ miexi l-quddiem fix-xogħol, drittijiet ċivili u liberta tal-espressjoni.

Il-Prim Ministru qal li ser ikun l-iċken wieħed li ser jgħin fejn ikun hemm bżonn li jgħin.

Ħeġġeġ biex in-nies jisimgħu l-ideat u d-direzzjoni tal-kandidati għall-mexxej ġdid.

Huwa saħaq li rridu nisimgħu u nifhmu lil xulxin u li t-12 ta’ Jannar hu biss bidla u li wara rridu nimxu wara l-kap il-ġdid billi nagħtu l-appoġġ u nifmuh.

Irringrazzja lil martu Michelle u wliedu għax mingħajrhom ma kienx jasal fejn jasal.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend