Adrian Delia jitkellem biss waħdu – One News

Adrian Delia jitkellem biss waħdu

Il-Gażżetta kullħadd żvelat kif il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, ingħata l-parir li kemm jista’ jkun jevita li jindirizza attivitajiet fejn ikun jista’ jiġi mistoqsi domandi mill-ġurnalisti. Dan biex skont il-pariri ta’ dawk ta’ madwaru jevita li jiżbalja kif għamel bosta drabi kemm ilu kap u konsegwenza ta’ hekk idawwar il-kanuni fuq il-PN.

Il-Gażżetta Kullħadd qalet kif imkejjen fl-Istamperija sostnew li anke dwar temi li bħalissa l-Partit Nazzjonalista qed jipprova jirkeb fuqhom u li saħansitra Delia qed isemmi kontinwament jistgħu jsiru ħafna domandi u għalhekk lil Delia qalulu biex jevita li jindirizza l-midja ta’ spiss. Minflok ħadmulu sistema fejn jitkellem biss waħdu.

Il-Kullħadd qalet kif sal-bieraħ stess Delia għażel li jitkellem permezz ta’ messaġġi spissi fejn quddiemu jkollu biss il-kamera ta’ Net Television u saħansitra għandu ordni stretta biex jaqra biss dak li jkollu miktub.

Temmet li dan in-nuqqas ta’ fiduċja fil-Kap tal-Oppożizzjoni hi riżultat ta’ xhur li matulhom Adrian Delia baqa’ ma ħax kontroll filPartit Nazzjonalista u għamel żball wara ieħor. Saħansitra konsegwenza ta’ dan kien hemm stħarriġ sa nhar il-Ħadd stess li wera kif mhux fdat millmaġġoranza assoluta tal-Maltin u l-Għawdxin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend