Sewwieq ta’ mutur jidarab gravi wara ħabta ma’ karozza f’Għawdex – One News

Sewwieq ta’ mutur jidarab gravi wara ħabta ma’ karozza f’Għawdex

Sewwieq ta’ mutur ta’ 58 sena jsofri ġrieħi gravi wara impatt ma’ karozza fi Triq l-Imġarr, Ix-Xewkija, Għawdex.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta l-ħabta saret bejn karozza tat-tip Mercedes misjuqa minn mara ta’ 28 sena min-Nadur u mutur tat-tip Honda misjuq minn raġel ta’ 58 sena li joqgħod in-Nadur ukoll.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u s-sewwieq tal-mutur ttieħed fl-isptar Ġenerali t’Għawdex.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *