Robert Abela jħabbar li se jikkontesta għall-kariga ta’ Mexxej tal-PL – One News

Notifiki

Robert Abela jħabbar li se jikkontesta għall-kariga ta’ Mexxej tal-PL

Id-deputat Laburista Robert Abela ħabbar li se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta’ mexxej tal-Partit Laburista.

Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, Dr. Abela qal li b’umiltà qed iwieġeb iva għas-sejħa qawwija tan-nies biex jitfa’ n-nomina għall-mexxej tal-partit.

Robert Abela qal li għad-deċiżjoni li ħa għandu l-appoġġ ta’ familtu.

Hekk kif ħabbar li qed jikkontesta għall-kariga, Dr. Abela saħaq li flimkien se nżommu ħajja l-fjamma li tagħmilna kburin b’pajjiżna u bil-Partit Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend