Raġel u żewġ pulizija tal-RIU l-isptar wara argument bejn tliet irġiel f’Tas-Sliema – One News

Notifiki

Raġel u żewġ pulizija tal-RIU l-isptar wara argument bejn tliet irġiel f’Tas-Sliema

Għall-ħabta tal-10:45 ta’ filgħodu l-pulizija ssejħet fi Triq San Ġwann Battista f’Tas-Sliema minħabba argument bejn tliet irġiel.

Irriżulta li Sirjan ta’ 28 sena minn Birkirkara u Sirjan ieħor ta’ 23 sena mill-Ħamrun ħebbu għal raġel ta’ 43 mill-Mosta bil-konsegwenza li kkawżaw xi ġrieħi.

L-aggressuri qegħdin jiġu interrogati mill-pulizija.

Fuq il-post issejħu l-pulizija tad-Distrett u tar-Rapid Intervention Unit. Żewġ pulizija tal-RIU flimkien mar-raġel mill-Mosta ttieħdu l-isptar.

Jidher li l-pulizija sofrew ġrieħi ħfief filwaqt li l-kundizzjoni tar-raġel mill-Mosta għadha mhux magħrufa.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend