Raġel ta’ 24 sena isofri ġrieħi gravi wara li safa midrub b’oġġett li jaqta’ f’Għawdex – One News

Notifiki

Raġel ta’ 24 sena isofri ġrieħi gravi wara li safa midrub b’oġġett li jaqta’ f’Għawdex

Raġel ta’ 24 sena mis-Somalja li joqgħod iż-Żebbuġ Għawdex isofri ġrieħi gravi safa midrub wara li kien aggredit b’oġġett bil-ponta u li jaqta’.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u r-raġel ittieħed fl-isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġie ċċertifikat li r-raġel qed isofri minn ġrieħi gravi.

B’rabta ma’ dan il-każ qiegħed jinżamm raġel ta’ 23 sena mis-Somalja li wkoll joqgħod iż-Żebbuġ, Għawdex.

Dan l-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl fi Triq il-Mungbell u fuq il-post issejħu l-pulizija tad-distrett flimkien mar-Rapid Intervention Unit.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend