Raġel jindarab gravi wara li waqa’ b’ċangun f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Qrendi – One News

Notifiki

Raġel jindarab gravi wara li waqa’ b’ċangun f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Qrendi

Raġel Taljan ta’ 31 sena li joqgħod Buġibba sofra xi ġrieħi wara li waqa’ b’ċangun waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni fil-Qrendi.

Il-każ seħħ fi Triq Nikolo Communet il-Qrendi għall-ħabta tan-12:30.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend