Keith Schembri mitkellem fid-Depot dwar l-impjieg ta’ Theuma – One News

Keith Schembri mitkellem fid-Depot dwar l-impjieg ta’ Theuma

Kif kien irraporta dan l-istazzjon, l-investigazzjonijiet b’rabta mal-impjieg ta’ Melvin Theuma għaddejin mill-pulizija.

Rapporti fil-midja qalu li llum wara nofsinhar il-pulizija sejħet lil Keith Schembri fid-depot b’rabta mal-impjieg ta’ Theuma.

Fil-jiem li għaddew il-pulizija marret fl-uffiċini ta’ Jobsplus fejn hemm ir-rekords ta’ Theuma u anke tkellmet mal-kap eżekuttiv tal-kumpanija biex tistabbilixxi l-fatti.

Melvin Theuma, il-middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ma kienx fuq il-kotba tas-servizz pubbliku iżda kien jaħdem ma’ kumpanija tal-Gvern li hija distinta mis-servizz pubbliku wara sejħa pubblika.

Fi stqarrija, is-Segretarju Permanenti Ewlieni kien qal li Theuma kellu l-impjieg tiegħu tterminat fi żmien ftit xhur wara li rriżulta li ma bediex imur għax-xogħol.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend