Ġnien Sant Anna f’Marsaskala jinbidel f’villaġġ tal-Milied – One News

Notifiki

Ġnien Sant Anna f’Marsaskala jinbidel f’villaġġ tal-Milied

Ponsjetti, kant, żfin, ikel tradizzjonali tal-Milied u l-imbuljata huma fosta l-affarijiet li bħalissa qed jiddominaw fi Ġnien Sant Anna f’Marsaskala, ġnien li nbidel apposta għal dan iż-żmien ta’ ferħ f’villaġġ tal-Milied.

Atmosfera ferm festiva u mdawla addatta għall-familja kollha, li ddaħħal li kull min iżur dan il-villaġġ fi spirtu mill-isbaħ tal-Milied.

Il-kunsilliera ta’ Marsaskala Janice Falzon stqarret, “Dan huwa l-ewwel Milied skaliż f’Marsaskala qed nagħmluh għall-ewwel darba u n-nies ser isibu atmosfera tal-Milied għandna artiġġjanat affarijiet magħmulin bl-idejn, mulled wine u affarjiet oħra li għandhom x’jaqsmu mal-Milied. Qed ninċetivaw ukoll talent skaliż fejn għandna tfal mill-lokal u anke mhux mil-lokal li qed jieħdu sehem fill-programm.”

F’dan il-villaġġ tal-Milied wieħed jista’ jara wkoll lil diversi żgħażagħ mill-Girl Guides Malta jiżbgħu tyres qodma u jittrasformawhom f’sodod għall-qtates abbandunati kollha li jgħixu f’barra madwar il-lokalità ta’ Marsaskala, inizjattiva ferm mill-isbaħ favur l-annimali.

Dan il-vilaġġ tal-Milied ser jibqa’ miftuħ sal-ħdax tal-lejla kif ukoll għada l-Ħadd mill-għaxra ta’ filgħodu sal-ħdax ta’ bil-lejl.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend