Argument bejn 3 irġiel f’San Ġiljan iħalli raġel midrub gravi – One News

Notifiki

Argument bejn 3 irġiel f’San Ġiljan iħalli raġel midrub gravi

Argument bejn tliet irġiel fi stabbiliment tad-divertiment f’San Ġiljan iħalli raġel ta’ 48 sena minn San Pawl il-Baħar jsofri minn ġrieħi gravi.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-20:30 ta’ filgħaxija fi Triq Santa Rita u jidher li r-raġel minn San Pawl il-Baħar u żewġt irġiel oħra li l-identità tagħhom mhux magħrufa daħlu f’argument bil-konsegwenza li r-raġel ta’ 38 sena safa midrub minn oġġett.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend