Fil-qorti kompliet l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ taż-żewġ suldati, Lorin Scicluna ta’ 22sena u Francesco Fenech ta’ 21 sena, akkużati bil-qtil ta’ Lassana Cisse Souleymane ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Avorju.
L-Uffiċjal tal-korp tal-pulizija Matthew Tonna stazzjonat fid-dipartiment tat-teknoloġija tal-informazzjoni qal li dakinhar tal-qtil, fuq in-numru wieħed wieħed tnejn waslulhom sitt telefonati differenti ta’ nies jirrappurtaw li raw persuna mal-art.
Xehed ukoll rappreżentant tal-kumpanija Schembri and Sons, fejn kien jaħdem Lasanna Cisse Suleymane. Qal li kien ħaddiem ieħor li ċempel lill-kumpanija u qalilhom lil Cisse Souleyman kien involut f’inċident u tilef ħajtu.
Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-ispettur Keith Arnaud.