Jiżdiedu t-turisti li ġew Malta għall-ewwel darba – One News

Jiżdiedu t-turisti li ġew Malta għall-ewwel darba

Bħala medja, ras għal ras kull turist li jżur pajjiżna jonfoq ftit aktar minn tmien mitt ewro.

Informazzjoni maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika wriet li f’Ottubru ta’ din is-sena, in-nefqa tat-turisti laħħqet aktar minn mitejn u wieħed u tletin miljun ewro. Dan ifisser li n-nefqa kienet sebgħa punt wieħed fil-mija aktar minn Ottubru tas-sena l-oħra.

Minn Jannar sa Ottubru li għadda, it-turisti nefqu kważi żewġ biljun ewro. Din issarfet f’żieda ta’ erbgħa punt ħamsa fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

Matul ix-xahar t’Ottubru ta’ din is-sena kien hemm żieda ukoll ta’ turisti li rifsu fuq artna għall-ewwel darba.

Fil-fatt aktar minn sittax-il elf persuna ġew turisti għall-ewwel darba fil-gżejjer Malta f’Ottubru ta’ din is-sena meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra.

Anki dawk li qattgħu seba’ t’iljieli jew aktar żdiedu f’Ottubru ta’ din is-sena meta ċ-ċifri jiġu mqabbla ma’ Ottubru tal-elfejn u tmintax.

L-NSO spjega kif kważi tlettax-il elf u ħames mitt persuna aktar għażlu li jqattgħu seba’ t’iljieli jew aktar f’Malta.

Matul is-sena l-oħra kien hemm il-biċċa l-kbira wkoll tat-turisti bil-cruiseliners.

Fil-fatt minn ftit aktar minn sitt mija u tnejn u tletin elf turist bil-cruiseliners, aktar min-nofs miljun minnhom qabdu l-vapur u spiċċaw il-btala fuq il-vapur mill-port ta’ Malta.

Il-maġġoranza assoluta ta’ dawn kienu anzjani, fejn kwart ta’ miljun minnhom kienu jgħoddu bejn is-sittin u disgħa u sebgħin sena.

Dan filwaqt li tnejn u għoxrin elf persuna oħra kellhom fuq it-tmenin sena. Interessanti wkoll li żdiedu n-numri ta’ turisti min-numru ta’ pajjiżi fosthom mill-Istati Uniti, Spanja, Franza u l-Isvizzera.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend