Infermier ta’ 22 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq-ċint waqt li flimkien ma sħabu kien għaddej bil-buscade, l-għada tal-jum tal-gradwazzjoni.
Minn informazzjoni li kiseb ONE News jidher li l-ġuvni ta’ 22 sena mill-Mellieħa waqa’ minn fuq ċint wara li ġie imbuttat fil-Junior College.
Huwa ttieħed l-isptar permezz t’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin.