Il-President itenni li ma jistax jaħdem barra l-konfini tal-Kostituzzjoni – One News

Notifiki

Il-President itenni li ma jistax jaħdem barra l-konfini tal-Kostituzzjoni

Fid-dawl tat-talbiet li qegħdin isiru biex il-President tar-Repubblika jieħu xi miżuri li skont xi wħud, tipprovdilu l-Kostituzzjoni, biex tissolva s-sitwazzjoni politika ta’ bħalissa, irid jingħad li l-Kostituzzjoni ma toffri ebda poteri lill-President, aktar minn dawk li huwa eżerċita s’issa.

Fi stqarrija li nħarġet mill-uffiċċju tiegħu il-President Vella qal li fl-aġir tiegħu ma jistax jaħdem barra mill-konfini tal-Kostituzzjoni għaliex jekk jagħmel hekk ikun huwa stess li qiegħed jikser il-Kostituzzjoni.

Għalhekk m’hemmx bażi legali u Kostituzzjonali biex jintlaqgħu dawn l-appelli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend