Keith Gravina ta’ 38 sena mill-Furjana ntbagħat sitt xhur ħabs wara li kiser l-kundizzjonijiet b’rabta mal-ħelsien mill-arrest. L-ispettur Jeffrey Scicluna qal li naqas milli jiffirma fl-għassa għal xahrejn.
F’April li għadda huwa tressaq il-qorti akkużat li seraq mid-dar ta’ ommu u ħarab minn taħt il-kustodja tal-pulizija. Huwa kien ingħata l-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li jiffirma fl-għassa.
Iżda l-Ġimgħa filgħodu huwa tressaq il-qorti wara li naqas milli jiffirma fl-għassa mill-wieħed u għoxrin ta’ Ottubru.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ordnat sabiex ir-raġel isegwi ordni ta’ trattament.