Propju fil-Jum Internazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità, il-Fondazzjoni Maltija għall-klieb tas-servizzi ċċelebrat il-gradwazzjoni ta’ erbat iklieb li issa se jibdew jagħtu servizzi varji lil bosta persuni fil-bżonn.
Bliss, Hudson u Bud se jibdew jagħtu appoġġ lil pesuni bil-kundizzjoni tal-awtiżmu, filwaqt li Tim issa se jkun jista’ jagħti l-ewwel għajnuna lil persuni li jbatu biz-zokkor. Tul iċ-ċerimonja, ħaddiema tal-Fondazzjoni libsu l-famuża libsa l-blue bħala turija tal-bidu ta’ kapitlu ieħor f’ħajjet dawn l-eroj.