AĠĠORNAT BIL-FILMAT: Bidwi jiddaħħal l-isptar wara li weġġa’ b’mutur tal-ħart – One News

Notifiki

AĠĠORNAT BIL-FILMAT: Bidwi jiddaħħal l-isptar wara li weġġa’ b’mutur tal-ħart

Bidwi ta’ 72 sena mill-Imqabba kellu jiddaħħal l-isptar b’urġenza wara li weġġa’ b’mutur tal-ħart waqt li kien fil-għalqa tiegħu f’Ħal-Farruġ. Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei immexxi mit-tabib tal-emerġenza Dr Michael Spiteri li taw l-ewwel assistenza lir-raġel sakemm ittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend