Titnieda l-istrateġija nazzjonali għal nies b’diżabilità – One News

Notifiki

Titnieda l-istrateġija nazzjonali għal nies b’diżabilità

Il-Gvern nieda l-ewwel strateġija nazzjonali għad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità għall-għaxar snin li ġejjin.

F’konferenza tal-aħbarijiet ingħad li din il-wegħda elettorali ser tassigura li l-entitajiet kollha fis-settur jaħdmu flimkien sabiex jiġu offruti servizzi ċċentraliżżati u effiċjenti.

Dwar din l-istrateġija tkellimna ma’ Dr Alistair De Gaetano li jmexxi l-Uffiċċju għall-Affarijiet dwar id-Diżabilità li ser jieħu f’idu l-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija.

Spjega li din l-istrateġija hija mibnija fuq tnax-il qasam b’kull wieħed jindirizza aspett importanti mill-ħajja li jgħix persuna b’diżabilità bħall-aċċessibilitá fiżika, l-akkomodazzjoni soċjali, is-sesswalità, l-edukazzjoni, ix-xogħol u l-isport.

“Tkellimna kemm ma’ nies minn Malta kif ukoll ma’ nies minn barra u qbadna għamilna tnax-il area partikolari li jaffettwaw il-ħajjiet ta’ kuljum ta’ persuni b’diżabilitá u għamilna punti fihom li jridu jitwettqu fihom fl-għaxar snin li jmiss permezz ta’ mekkaniżmi ta’ kordinazzjoni speċifiċi.”

Mistoqsi kif nies b’diżabilità ser jibbenefikaw b’mod konkret minn din l-istrateġija Dr De Gaetano stqarr li ser ikollhom qafas iktar ikkordinat sabiex jassiguraw id-drittijiet tagħhom.

“Se jkun hemm qafas iktar kordinat sabiex huma id-drittijiet tagħhom mhux biss iridu jmorru jħabbtu ’l hawn u ’l hemm għalihom imma jekk imorru f’dipartiment governattiv u jkunu qegħdin jippuxjaw xi ħaġa partikolari jistgħu jagħmlu referenza għal dan id-dokument.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’diżabilità, Anthony Agius Decelis spjega kif dan il-Gvern jinsab impenjat li jegħleb l-ostakli kollha li jxekklu persuni b’diżabilità milli jgħixu ħajja normali.

“Aħna rridu li persuni b’diżabilitá ma jkollhom l-ebda xkiel biex jgħixsu ħajja kif jgħixu kull wieħed u waħda minnha. Irridu nkissru l-barrikati kollha li jxekklu l-persuni b’diżabilitá milli jgħixu l-ħolma ta’ ħajjithom.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend