AĠĠORNAT: Il-Pulizija tinvestiga dwar l-impjieg ta’ Melvin Theuma – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Il-Pulizija tinvestiga dwar l-impjieg ta’ Melvin Theuma

Melvin Theuma, il-middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia beda jaħdem ma’ kumpanija tal-Gvern wara sejħa pubblika u kellu l-impjieg tiegħu tterminat fi żmien erba’ xhur wara li ma kienx qiegħed imur għax-xogħol.

Dan jirriżulta minn stqarrija tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni li fiha ċaħad li l-Erbgħa ħareġ stqarrija skorretta meta qal li isem Melvin Theuma ma kienx jidher fuq il-kotba tas-servizz pubbliku.

Fil-fatt fl-istqarrija tal-Erbgħa, is-Segretarju Permanenti qal li kien għadu qiegħed isir l-ivverifikar u li kienu ntalbu r-rekords kollha tal-entitajiet tal-Gvern.

Spjega li hemm distinzjoni dwar l-impjiegi fis-servizz pubbliku u dawk ma’ entitajiet governattivi li r-rekods tal-impjegati tagħhom iżommuhom huma.

Qal li tul il-jum tal-Erbgħa, l-enitatjiet kollha tal-Gvern bagħtu r-rekords tal-ħaddiema tagħhom bil-Ministeru għall-Familja għarrfu li isem Melvin Thuema kien fuq il-kotba tal-kumpanija tal-Gvern Housing Embellishment and Maintenace. Ingħad li Theuma ġie ngaġġat wara sejħa pubblika permezz tal-Jobsplus u wara proċess ta’ għażla f’April 2017.

Żied jingħad li Theuma beda l-impjieg tiegħu f’Mejju 2017 u l-aħħar paga li tħallas kienet dik għax-xahar ta’ Awwissu 2017 meta mbagħad twaqqaf minħabba li ma kienx qiegħed jattendi għax-xogħol.

L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni żied jgħid li l-Erbgħa stess fl-4.23 minuta, din l-informazzjoni ngħatat b’mod sħiħ lill-Pulizija.

Sostna li bħalma ngħad ukoll l-Erbgħa, ir-riżultati ta’ dan l-istħarriġ u d-dokumenti kollha li rriżultaw qegħdin ikunu ppreservati biex ikunu disponibbli għal kull investigazzjoni kurrenti jew futura.

L-Uffiċċju tenna li jekk kien hemm żvijar jew skorrettezzi, dawn saru minn min, apposta jew le, ħawwad l-impjiegi mal-Gvern mal-impiegi fis-settur pubbliku u abbażi ta’ dan bena l-istejjer.

Intant ONE News jinsab informat li fl-aħħar sigħat il-pulizija fetħet investigazzjoni dwar il-każ fejn marret fl-uffiċini ta’ Jobsplus fejn hemm ir-rekords ta’ Theuma u anke tkellmet mal-kap eżekuttiv tal-kumpanija biex tistabbilixxi l-fatti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend