Tfal fost tmienja mejta wara spluzzjoni fil-Polonja – One News

Notifiki

Tfal fost tmienja mejta wara spluzzjoni fil-Polonja

Tmien persuni mietu wara spluzzjoni f’blokka ta’ appartamenti fil-Polonja, wara spluzzjoni li ġiet ikkawżata minn ċilindri tal-gas.

Il-vittmi li jammontaw għal tmien t’itfal huwa maħsub li huma ta’ żewġ familji, li nstabu qalb it-tifrik ta’ tlett sulari ġewwa l-vilaġġ ta’ Szczyrk, l-Erbgħa.

L-awtoritajiet Pollakki qalu li madwar 200 persuna, li jinkludu pulizija u d-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għamlu tfittxija li sfortunament sabu l-iġsma bla ħajja taż-żewġ familji li kienu f’dawn l-appartamenti.

Il-Prim Ministru Pollakk Mateusz Morawiecki ta l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-vittmi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend