Tfajla ngħatat in-nar mill-irġiel li allegatament stuprawha meta kienet sejra tixhed – One News

Notifiki

Tfajla ngħatat in-nar mill-irġiel li allegatament stuprawha meta kienet sejra tixhed

Tfajla ta’ 23 sena li allegatament ġiet stuprata, spiċċat tiġġieled għal ħajjitha fi sptar, wara li ngħatat in-nar fi triqitha lejn il-Qorti fl-Indja.

It-tfajla kienet sejra tixhed f’każ li fetħet kontra żewġt irġiel f’Uttar Pradesh.

Ħamest irġiel, inkluż tnejn li allegatament stuprawha, ġew arrestati wara li qed ikun suspettat li kienu huma li tawha n-nar.

L-inċident seħħ meta t-tfajla kienet se taqbad il-ferrovija biex tmur il-Qorti, u grupp ta’ rġiel qabduha u ħaduha f’għalqa fejn tawha n-nar.

Dan il-każ xpruna rabja kbira fl-Indja – pajjiż li kontinwament jara każijiet ta’ stupru u vjolenza sesswali fuq in-nisa.

Skont figuri uffiċjali tal-Gvern Indjan, il-Pulizija rreġistrat aktar minn 33,000 każ ta’ stupru fl-Indja fl-2017 – medja ta’ 92 każ kuljum.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend