Business 1st taqdi aktar minn 40,000 klijent fl-2019 – One News

Notifiki

Business 1st taqdi aktar minn 40,000 klijent fl-2019

Sa Novembru li għadda mal-erbgħin elf klijent inqdew mill-Business first, fl-Imrieħel li jservi ta’ ċentru fejn in-negozji jinqdew taħt saqaf wieħed fil-ħtiġijiet tagħhom. Din kienet tfisser żieda ta’ madwar 8,000 ruħ fuq is-sena li għaddiet.

Din iż-żieda hija frott riforma li saret fl-2017 u waslet sabiex il-dan iċ-ċentru jibda joffri bosta servizzi ġodda fosthom dawk marbuta mad-dipartiment tal-Vat u tat-taxxa kif ukoll rappreżentanza tal-ministeri tat-trasport u tat-turiżmu.

Dan bil-għan li tonqos il-burokrazija li n-negozjanti Maltin kienu dejjem iħabbtu wiċċhom magħha meta kienu jeħtieġu s-servizz tal-Gvern.

L-uffiċjal għoli għall-Kummerċ fi ħdan il-Business First, Paul Baldacchino qal ma’ ONE News li ħmistax-il elf klijent inqdew permezz tas-sevizz tal-144.

“Issa diġà spiċċa Novembru, diġa nqdew mal-40,000 ruħ minn hawnekk. Madwar 15,000-il elf li ċemplu fuq il-144. Ħafna informazzjoni ma hemmx bżonn tinqala’. Kemm iċċempel 144 u jistgħu jispjegawlek fejn issib l-informazzjoni jew x’għandek tagħmel. Aktar minn 20,000 ġew hawnhekk f’dan il-ħdax-il xahar.”

Is-Sur Baldacchino spjega wkoll li matul din is-sena madwar 5,000 ruħ inqdew mill-Business First permezz tal-internet.

Huwa elenka id-diversi entitajiet u dipartimenti governattivi li għandhom rappreżentanza fi ħdan l-uffiċini tal-Business First.

“Hawnekk hawn numru ta’ dipartimenti li għandhom rappreżentanza; il-VAT fuq income TAX, turiżmu jiġifieri l-MTA, environmental health magħrufa bħala s-Sanita, il-Malta Enterprise. Dawn kollha għandhom rappreżentant hawnekk allura stop wieħed inti tista’ tinqeda fuq ħafna servizzi li jolqtu n-negozjant.

Intant il-Business First ġie rikonnoxut għas-servizzi professjonali u effiċjenti li joffri lill-komunità kummerċjali meta f’Settembru ngħata l-Quality Service Award. Premju li ngħata lil tliet entitajiet biss mill-aġenziji kollha tal-Gvern.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend