Raġel jinżamm arrestat wara li ħebb għal pulizija f’Għawdex – One News

Notifiki

Raġel jinżamm arrestat wara li ħebb għal pulizija f’Għawdex

Libjan ta’ 28 sena li joqgħod ir-Rabat Għawdex inżamm arrestat wara li ġie mixli li darab ħafif uffiċjali tal-pulizija.

Il-każ seħħ it-Tlieta li għadda għall-ħabta tal-ħamsa u għoxrin ta’ waranofsinhar bl-akkużat jiġi mixli quddiem il-Maġistrat Monica Vella li rreżista bi vjolenza u kkaġuna ġrieħi ħfief lill-uffiċjal tal-Pulizija u li m’obdiex l-ordnijiet li ngħatawlu. Huwa ġie mixli wkoll b’serq fost akkużi oħra.

F’każ separat Libjan ta’ 41 sena li joqgħod ix-Xagħra, inżamm arrestat ukoll wara li ġie mixli li f’parkeġġ ta’ stabbiliment fi Triq l-Imġarr, kien kompliċi f’attentat ta’ serqa minn karozza.

Min-naħa l-oħra, raġel ta’ disgħa u tletin sena minn Kerċem ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ elf ewro wara li wieġeb mhux ħati li lbieraħ għamel ħsara fuq karozza tal-għamla Toyota Vitz fi Pjazza Salvatore Busuttil, f’Kerċem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend