‘Miż-Żejtun, L-Għaqda Banda Żejtun’ – l-ewwel ktieb bil-lingwa Maltija fl-ikbar u l-eqdem bibjoteka f’Lixandra   – One News

Notifiki

‘Miż-Żejtun, L-Għaqda Banda Żejtun’ – l-ewwel ktieb bil-lingwa Maltija fl-ikbar u l-eqdem bibjoteka f’Lixandra  

Ktieb Malti bl-isem ta’ ‘Miż-Żejtun, L-Għaqda Banda Żejtun’ issa jinsab fil-Bibjoteka ta’ Lixandra, li titqies bħala l-eqdem u l-akbar waħda fil-dinja. Dan huwa l-ewwel ktieb, bil-Malti li jinsab f’din il-bibjoteka.

Dan il-ktieb ġie ppreżentant waqt iż-żjara li l-Banda Żejtun, flimkien ma’ Circolo Santa Catarina kienet qed tagħmel ġewwa Lixandra biex tiċċelebra l-festa Liturġika ta’ Santa Katarina. Lixandra hija propju l-belt fejn għexet Santa Katarina, b’delegazzjoni ta’ madwar 60 persuna.

Il-Bibjoteka ta’ Lixandra jżurha eluf ta’ nies kuljum minn madwar id-dinja kollha, min biex jara u jskopri, min jistudja, u kif ukoll min jagħmel ir-riċerka.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend