Il-membru parlamentari Ewropew Miriam Dalli ħabbret li mhix se tkun qed tikkontesta l-elezzjoni għall-kariga ta’ Mexxej tal-Partit Laburista.
Fuq il-profil tagħha ta’ Facebook, Dr Dalli qalet li wara li kkunsidrat l-affarijiet kollha, iddeċidiet li ma tikkontestax għall-kariga.
“Nixtieq nirringrazzja lil kull min tagħni l-appoġġ tiegħu u ħeġġiġni biex noħroġ għal din il-kariga. Se nibqa’ naħdem bis-saħħa kollha tiegħi biex fil-Parlament Ewropew inrodd lura l-fiduċja li ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin urewni”, temm tgħid Miriam Dalli.