Elezzjoni każwali fit-tielet distrett għal membru parlamentari ġdid – One News

Notifiki

Elezzjoni każwali fit-tielet distrett għal membru parlamentari ġdid

Fit-tielet distrett se tkun qed issir elezzjoni każwali sabiex jittieħed il-post battal flok Helena Dalli, li rriżenjat mill-Parlament din il-ġimgħa.

Dr Dalli rriżenjat mill-Parlament Malti biex tieħu postha bħala Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza.

Eleġibbli jikkontestaw hemm sitt kandidati li kienu fil-lista tal-Partit Laburista f’dan l-istess distrett, fejn ikkontestat Helena Dalli u ma ġewx eletti fl-elezzjoni tat-3 ta’ Ġunju 2017. In-nomini se jintlaqgħu mill-Kummissjoni Elettorali bejn il-5 u d-9 ta’ Diċembru bejn id-9 ta’ filgħodu sa nofsinhar, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali f’Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend