“Diamonds of Fire” – spettaklu ta’ nar sinkronnizat mal-mużika f’lejliet il-festa tal-Kunċizzjoni f’Bormla – One News

Notifiki

“Diamonds of Fire” – spettaklu ta’ nar sinkronnizat mal-mużika f’lejliet il-festa tal-Kunċizzjoni f’Bormla

F’lejliet il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni f’Bormla, nhar is-Sibt 7 ta’ Diċembru se jkun qed jitella’ l-ispettaklu Diamonds of Fire. Dan l-ispettaklu ta’ nar annwali jinkludi fih spettaklu ta’ nar sikronnizat mal-mużika.

Dan l-ispettaklu ilu jsir mill-2006, li beda jsir b’inizjattiva taċ-Ċentru 19 ta’ Novembru 1944. Mill-2006 ‘l hawn dan l-ispettaklu kiber biex issa daħal sew fil-kalendarju tal-attivitajiet ċelebrattivi, b’mod speċjali ta’ dawk delettanti tan-nar.

Għal sena oħra, il-Kunsill Lokali Bormla flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu b’kollaborazzjoni maċ-Ċentru 19 ta’ Novembru 1944. Dan l-ispettaklu pirotekniku se jsir fi Triq Polverista, li tiġi eżatt ‘il barra mill-Mina ta’ Santa Elena f’Bormla. Ix-xogħolta’ sinkronizzar mal-mużika sar kollu mid-delettanti tan-nar Bormliżi li jiffurmaw l-Grupp Pirotekniku 8 ta’ Diċembru.

Is-sistema użata hija ‘Pyrodigit’ li ngħatat lill-organizzaturi minn ‘Pyroemotions’.

L-ispettaklu se jsir nhar is-Sibt li ġej mis-7:30 ta’ filgħaxija ‘l quddiem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend