Aktar minn 100 qabar ġie vvandalizzat bis-simboli tan-Nażi fi Franza – One News

Notifiki

Aktar minn 100 qabar ġie vvandalizzat bis-simboli tan-Nażi fi Franza

Fi Franza, aktar minn mitt qabar tal-Lhud ġew ivvandalizati. Persuna jew persuni li għadhom mhux magħrufa pinġew is-simbolu tal-iswastikas, użati min Nażi fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-President Franċiż Emmanuel Macron ikkundanna dan l-attakk, fejn fi tweet qal li l-Lhud jagħmlu l-Franza dik li hi llum. Fi Franza jogħqodu madwar 550,000 Lhud.

Il-każ seħħ fil-villaġġ ta’ Westhoffen, viċin Strasburgu. Fi żjara li għamel fuq il-post, il-Ministru tal-Intern Franċiz, Christophe Castaner qal l-attakk huwa wieħed ta’ mibgħeda u qal li l-Gvern Franċiz se jkun qed joħloq sezzjoni tal-pulizija biex tinvestiga l-mibgħeda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend