L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni għamel referenza għal rapporti dwar ittra li allegatament inkitbet minn Melvin Theuma fejn ingħad li huwa ngħata impjieg mal-gvern.
Fi stqarrija ngħad li lbieraħ stess is-Segretarju Permanenti Ewlieni ordna li ssir verifika fir-rekords ta’ ingaġġ mal-gvern fejn instab li l-isem ta’ Melvin Theuma ma jiffigurax ma’ dawk li kienu impjegati mas-Servizz Pubbliku.
Illum stess qed jerġa’ jsir verifikar mill-ġdid tad-data kollha filwaqt li ntalbu wkoll ir-rekords kollha tal-impjiegi mill-entitajiet kollha governattivi.
Ir-riżultati ta’ dan l-istħarriġ se jkunu ppreżervati biex ikunu disponibbli għal kull investigazzjoni kurrenti jew futura.
Il-pulizija ġiet mgħarrfa dwar dan.