Id-Dipartiment tad-Dwana se jkun qiegħed jirċievi offerti ssiġillati għall-bejgħ bl-offerta’ ta’ diversi affarijiet li inqabdu mid-Dipartiment. Dawn il-prodotti qed jinqasmu f’197 lott.
Fost l-affarijiet li se jkunu qed jiġu offruti għall-bejgħ hemm:
Cookers tal-Gass;
Strumenti mużikali;
Madum taċ-ċeramika;
Prodotti tas-sbuħija;
Għodda;
Spare parts;
Fajjenza;
Settijiet tat-te’;
Costume jewellery;
Haberdashery;
Ġugarelli;
Projectors;
Għamara tal-injam;
Imwejjed u siġġijiet tal-bamboo;
Kwantita’ ta’ inbid;
Xampanja;
Sigarri;
Żraben; u
Basktijiet.
Il-bejgħ bl-offerta’ se jsir nhar il-Ħamis 12 ta’ Diċembru 2019, f’nofsinhar.
Kull min hu interessat jara l-lottijiet tal-oġġetti li qiegħdin jitpoġġew għall-bejgħ jista’ jagħmel dan mit-Tnejn 9 ta’ Diċembru 2109 sa dakinhar tal-bejgħ (il-Ħamis 12 ta’ Diċembru 2019, f’nofsinhar). L-affarijiet jinsabu għall-wiri fi Newport Bonded Stores, il-Marsa.
Aktar informazzjoni dwar il-kobor ta’ kull lott jinstabu fuq il-formola tal-offerta’ li tista’ tinkiseb minn Newport Bonded Stores, il-Marsa (‘il ġewwa mit-Tinda tal-Patata)
Il-ħinijiet tal-wiri huma bejn it-8am u nofsinhar u bejn is-1pm u l-4pm. Kull offerent għandu jippreżenta karta tal-identita’ jew passaport valida/u.