Persuna ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza wara li kienet involuta f’inċident stradali.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12:40 fl-Imsida wara ħabta bejn karozza tal-għamla Volvo u mutur.
Il-kundizzjoni tal-vittma għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.