Il-PM jappella biex dawk li jappoġġjawh ma jattendu għal ebda attività spontanja – One News

Notifiki

Il-PM jappella biex dawk li jappoġġjawh ma jattendu għal ebda attività spontanja

Il-Prim Ministru Joseph Muscat appella biex dawk kollha li jappoġġjawh ma jattendu għall-ebda attività li nħolqu minn individwi fuq facebook u li mhumiex organizzati mill-Partit Laburista.

F’intervent fuq ONE RADIO, Dr Muscat wera l-apprezzament tiegħu għall-appoġġ li wriet lejh ġemgħa kbira ta’ nies li lbieraħ inġabret fil-Ħamrun b’sinjal ta’ appoġġ.

Madankollu huwa wera x-xewqa li dawn il-manifestazzjonijiet ma jsirux.

Huwa ħabbar li l-Ħadd li ġej se jibda jżur u jiltaqa’ man-nies flimkien mal-familji fin-Naxxar, Ħaż-Żebbuġ u Raħal Ġdid.

Il-Prim Ministru qal li jixtieq jiltaqa’ man-nies f’dawn il-laqgħat f’atmosfera familjari fejn jista’ jgħid grazzi lil kull min tah l-appoġġ tiegħu f’dawn is-snin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend