Yorgen Fenech iwaqqa’ l-każ li fetaħ kontra l-Ispettur Keith Arnaud – One News

Notifiki

Yorgen Fenech iwaqqa’ l-każ li fetaħ kontra l-Ispettur Keith Arnaud

In-negozjant Yorgen Fenech ta’ 38 sena, li qed jinżamm arrestat fil-Facilità Korettiva ta’ Kordin, waqqa’ l-mandat ta’ inibizzjoni fil-Qorti li fetaħ kontra l-Kap tal-iskwadra tal-omiċidji Keith Arnaud.

Nhar il-Ġimgħa huwa mar il-Qorti u tkellem mal-ġurnalisti, fejn ilmenta biex l-Ispettur Arnaud jitneħħa mill-każ u ma jkompliex jinvestigah. Dan anki jekk kien ilu għaxart ijiem jinterroga lil Fenech.

Yorgen Fenech, permezz tal-avukati Marion Camilleri, mill-uffiċċju ta’ Franco Debono, u Gianluca Caruana Curran, mill-uffiċju tal-familja De Marco, għamlu diversi allegazzjonijiet fil-konfront tal-ispettur Arnaud.

Fosthom dwar l-impjieg li għandha l-mara tal-ispettur Arnaud f’Infrastructure Malta. Hija bdiet taħdem bħala segretarja mal-aġenzija wara s-sejħa pubblika u wara li għaddiet b’suċċess minn intervista.

It-tnejn filgħodu l-Imħallef Miriam Hayman kellha tagħti d-deċiżjoni tagħha dwar jekk l-ispettur Arnaud għandux ikompli jmexxi l-investigazzjonijiet f’dan il-kaz bħala l-investigatur ewlieni f’dan l-omiċidju.

Izda l-avukati ta’ Fenech, tlett ijiem biss wara marru l-qorti u irtira l-mandat ta’ inibizzjoni li fetaħ kontra l-ispettur Keith Arnaud.

Intant, l-aħwa Alfred u George Degiorgio, fetħu protest ġudizzjarju l-qorti joġġezzjonaw għall-maħfra presidenzjali li ingħata lil Melvin Theuma.

Huma ġew arrestati sentejn ilu u qed jiġu akkużati li poġġew u attivaw il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia.

Nhar it-Tnejn, Melvin Theuma ta’ wieħed u erbgħin sena ngħata l-maħfra Presidenzjali mill-President tar-Repubblika sabiex jikxef dak kollu li jaf dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u reati oħra li kien involut fihom.

Theuma mistenni jixhed nhar l-Erbgħa fil-konfront tal-aħwa Degiorgio u Vince Muscat.

Huma ġew arrestati f’Diċembru ta’ sentejn ilu, mill-ispettur Keith Arnaud ħamsin jum biss wara li nqatlet Daphne Caruana Galizia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *