AĠĠORNAT BIL-FILMAT: Anzjan fil-periklu tal-mewt u żewġ nisa bi ġrieħi wara ħabta ma’ double decker – One News

Notifiki

AĠĠORNAT BIL-FILMAT: Anzjan fil-periklu tal-mewt u żewġ nisa bi ġrieħi wara ħabta ma’ double decker

Anzjan ta’ sebgħin sena jinsab fil-periklu tal-mewt filwaqt li mara ta’ sebgħa u għoxrin sena ġarrbet ġrieħi gravi wara ħabta li ġrat bejn taxi u double-decker f’San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax tat-Tnejn filgħodu fi Triq ix-Xemxija xħin taxi misjuqa minn mara ta’ sebgħa u għoxrin sena residenti l-Pietà ħabtet ma’ doubledecker misjuqa minn raġel ta’ tlieta u tletin sena residenti l-Ħamrun.

Fit-taxi kien hemm żewġ passiġiera anzjani, mara ta’ tnejn u sittin sena u raġel ta’ sebgħin sena residenti l-Mellieħa.

Fuq il-post immedjatament issejħu ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li bdew operazzjoni biex isalvaw lin-nies maqbuda fit-taxi.

Fuq il-post issejħet ukoll ambulanza li ħadet lill-vittmi l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn ftit wara ġie ċċertifikat li l-anzjan ta’ 70 sena jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

It-tabib iċċertifika wkoll lix-xufiera tat-taxi bi ġrieħi gravi filwaqt li l-anzjana passiġġiera fit-taxi ġarrbet ġrieħi ħfief.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Josette Demicoli li ħatret inkjesta Maġisterjali filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend