L-aħwa Alfred u George Degiorgio, fetħu protest ġudizzjarju l-Qorti joġġezzjonaw għall-maħfra presidenzjali li ngħatat lil Melvin Theuma.
Huma ġew arrestati sentejn ilu u qed jiġu akkuzati li poġġew u attivaw il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia.
Nhar it-Tnejn, Melvin Theuma ta’ 41 sena ngħata l-maħfra presidenzjali mill-President tar-Repubblika sabiex jikxef dak kollu li jaf dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u reati oħra li kien involut fihom.
Theuma mistenni jixhed nhar l-Erbgħa fil-konfront tal-aħwa Degiorgio u Vince Muscat.
Huma ġew arrestati f’Diċembru ta’ sentejn ilu, 50 ġurnata biss wara li nqatlet Daphne Caruana Galizia.