Illiberat wara li poġġa idu fuq saqajn tfajla fuq tal-linja – One News

Notifiki

Illiberat wara li poġġa idu fuq saqajn tfajla fuq tal-linja

Samuel Marfu ta’ 39 sena mill-Ghana, ingħata l-liberta kundizjonata wara li ammetta li s-Sibt li għadda poġġa jdejh fuq saqajn tfajla waqt li kien fuq tal-linja.

Ir-reat seħħ waqt li l-akkużat u t-tfajla kienu passiġiera fuq tal-linja direzzjoni minn Marsa għal Raħal Ġdid.

Il-qorti ppreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli rat kif il-kondotta tal-akkużat hi waħda nadifa u wissietu li jekk jagħmel reat ieħor ta’ dan it-tip jista jeħel sentenza ħabs effettiva. Hija lliberatu bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor għal 3 snin.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Wayne Camilleri u Hubert Cini

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend