Għażiż Sur Kummissarju tal-Pulizija… – One News

Notifiki

Għażiż Sur Kummissarju tal-Pulizija…

Min jaħseb li jista jfajjar li jrid u jakkuża bl-addoċċ, għax hekk iħoss jew jaqbillu, il-liġi tal-Istampa, li llum ma tagħtix lok għall-proċeduri kriminali, ma taħfirx kull ħaga li tingħad jew issir. Tista tintlaqat minn liġi oħra.  

Araw din. 

 101. (1) Kull min bil-ħsieb li jagħmel ħsara lil xi persuna,jakkuża lil dik il-persuna quddiem awtorità kompetenti b’reat, fil-waqt li jkun jaf li dik il-persuna hija innoċenti, għall fatt biss lijkun akkużaha, jeħel, meta jinsab ħati  
(a) il-piena ta priġunerija minn tlettax sa tmintax-ilxahar, jekk l-akkuża falza tkun ta delitt suġġett għall-piena akbar mill-piena ta priġunerija għal żmiensentejn; 
(b) il-piena ta priġunerija minn sitt xhur sa disa xhur,jekk l-akkuża falza tkun ta delitt suġġett għall-pienamhux akbar mill-piena ta priġunerija għal żmiensentejn, iżda li ma jaqax taħt il-pieni tal-kontravenzjonijiet 
(ċ) il-piena ta priġunerija minn tlitt ijiem sa tliet xhur,jekk l-akkuża falza tkun ta kull reat ieħor. Ċirkostanzi aggravanti.  
(2) Meta d-delitt isir bil-ħsieb ta estorsjoni ta flus jewħwejjeġ oħra, il-piena tiżdied grad. 
 
Meta bniedem jitlob inkjesta fuq xi ħadd ikun qed jiddenunzja lill-persuna quddiem awtorità kompetenti.   
 
Aħna dejjem nirreferu għal-ligi Taljana u hemm dan ir-reat, li differenti mir-reati tal-istampa. Ħalli niktbu ħalli ħadd ma jgħid li qed nivvinta: 
 
Art. 368. 
Calunnia. 
Chiunque, con denunziaquerelarichiesta o istanzaanche se anonima o sotto falso nomediretta all’autorità giudiziaria o ad un’altra autorità che a quella abbia obbligo di riferirne o alla Corte penale internazionale, incolpa di un reato taluno che egli sa innocenteovvero simula a carico di lui le tracce di un reato, è punito con la reclusione da due a sei anni  
 Mhux naħsbu li l-kalunja spiċċat fil-kodiċi tagħna.   
 
Ta’ QabelLi Jmiss
Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *