€56,000 biex joffru kenn għal annimali abbandunati – One News

Notifiki

€56,000 biex joffru kenn għal annimali abbandunati

Diversi għaqdiet volontarji li jaħdmu fil-qasam tal-ħarsien tal-annimali ngħataw donazzjoni bejniethom ta’ €56,000 biex ikompli jtejbu s-servizzi offruti lill-animali abbandunati/

F’konferenza tal-aħbarijiet mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Animali Clint Camilleri u s-Segretarju Parlamentari għall-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ingħad li l-iskema tgħin lis-santwarji f’pajjiżna jagħtu dar lil annimali li jiġu abbandunati fit-toroq.

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qal li l-iskema magħrufa ‘Adoptions through NGO’ qed tmur pari-passu mal-iskema mħabbra ftit tal-ġimgħat ilu li permezz tagħha l-Gvern qed jagħti mija u ħamsin ewro għal kull annimal li jiġi addottat mill-familji Maltin u Għawdxin.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li l-Gvern qed jgħin lil volontiera li jagħmlu sagrfiċċji kbar matul is-sena fl-għaqdiet volontarji tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari Grima ta ħajr li dawn kollha li qegħdin jagħmllu xogħol imprezzabli fil-ħarsien tal-annimali f’pajjiżna.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend