Aktar regolamentazzjoni tas-servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – One News

Notifiki

Aktar regolamentazzjoni tas-servizzi ta’ Ħarsien Soċjali

It-Tnejn filgħodu ttellgħet l-ewwel Konferenza Nazzjonali dwar is-servizz ta’ kwalità li jingħata fis-settur soċjali. Kien il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon li fetaħ din il-konferenza, u stqarr li jinsab ferm kuntent bil-ħidma li qed twettaq l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali.

Il-Ministru Michael Falzon qal li jixtieq jara aktar regolamentazzjoni tas-servizzi ta’ ħarsien soċjali, speċalment f’suġġetti delikati, bħal ma’ huma l-adozzjoni, il-ħarsien u l-kura soċjali, u servizzi li jaħdmu ma’ persuni b’vizzji, fost oħrajn.

Il-Ministru Michael Falzon qal li l-għan tal-ewwel Konferenza Nazzjonali dwar il-kwalità huwa li ngħaqdu l-fornituri tas-servizz fis-settur kollu ta’ ħarsien soċjali.

Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis qal li l-Awtorità għall-iStandards qed isservi biex is-servizzi li qed jingħataw in-nies fil-qasam soċjali, fosthom lill-anzjani u lill-persuni b’diżablità, ikunu servizzi tal-ogħla livell. Is-Segretarju Parlamentari Agius Decelis qal li l-gvern irid ikun ċert li l-flus li qed jintnefqu nieħdu l-valur tagħhom, u għalhekk l-Awtorità mhux biss trid tara li tagħmel l-istandards, iżda li dawn jiġu implimentati wkoll. Hu qal li l-Awtorità qed tagħmel spezzjonijiet għall-għarrieda, fosthom fid-djar tal-anzjani, biex tiżgura li l-livell tas-servizzi qed jinżamm.

Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis qal li ħidma importanti li bdiet ftit tal-ġimgħat ilu flimkien mal-Awtorità kienet proċess fejn, flimkien mal-anzjanità attiva u kura fil-komunità, qed isiru laqgħat mal-anzjani residenti fid-djar, biex jisimgħu direttament mingħandhom dwar is-servizzi li qed jingħataw, sabiex jekk ikun hemm bżonn ta’ teħid ta’ azzjoni jew deċiżjonijiet, dawn jittieħdu minnufih. Irrefera wkoll għall-ewwel konferenza li qatt saret dwar l-anzjanità attiva ftit tal-jiem ilu, fejn, f’sala mimlija anzjani attivi, is-Segertarjat Parlamentari, flimkien mal-Awtorità, sema’ mingħand l-anzjani ideat ta’ kif huma jistgħu jkunu iktar attivi fil-komunità. Sostna li dan huwa gvern tan-nies, li mhux jaqbad u jieħu d-deċiżjonijiet, iżda jfassal il-politika tiegħu wara li jisma’ mingħand in-nies.

 

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali Matthew Vella qal li, permezz tal-ewwel Konferenza Nazzjonali dwar il-kwalità, qed nibgħatu messaġġ ċar li rridu servizzi tal-ogħla kwalità u valur, għaliex l-aktar persuni vulnerabbli jixirqilhom l-ogħla u l-aħjar kwalità tas-servizzi ta’ ħarsien soċjali. L-Awtorità lesta li taħdem aktar permezz tal-viżjoni strateġika għas-seba’ snin li ġejjin, billi tagħmel użu akbar mit-teknoloġija, permezz ta’ blockchain u intelliġenza artifiċjali. Fix-xhur li ġejjin ser ikollha wkoll Service User Advisory Board, sabiex nassiguraw li l-aktar persuni vulnerabbli jkollhom vuċi. L-Awtorità qed taħdem permezz ta’ djalogu ma’ min jipprovdi servizz u l-istakeholders kollha, sabiex inkomplu niksbu aktar suċċessi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend