BIL-FILMAT: Missier u ibnu midruba wara li baqgħu deħlin bil-karozza f’arblu tad-dawl – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Missier u ibnu midruba wara li baqgħu deħlin bil-karozza f’arblu tad-dawl

Missier ta’ 42 sena u ibnu ta’ għaxar snin indarbu wara li kienu involuti f’inċident stradali fi Triq Mons Mikiel Azzopardi, is-Siġġiewi.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsilejl, wara li r-raġel ta’ 42 sena għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza ta’ tip Suzuki Ignis u baqa’ dieħel ġo arblu tad-dawl.

Fuq il-post immedjatament issejħu il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li assistew liż-żewġ vittmi peress li kienu maqbudin fil-vettura.

Isejjħet ukoll ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel u t-tifel l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura, fejn wara ġie ċċertifikat li l-missier qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li t-tifel minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend