L-artista popolari Maltija, Ira Losco, ilbieraħ kellha jum impenjattiv mhux ħażin u żgur wieħed eċitanti.
Dan hekk kif ilbieraħ qalet is-signor si, lis-sieħeb tagħha Sean Gravina – kok popolari wkoll fost il-Maltin.
Kien sigriet ħelu li nżamm mistur minn kulħadd fejn proprju lbieraħ dawk mistednin bdew itellgħu mumenti ħelwin mit-tieġ ta’ din il-koppja tant maħbuba u magħrufa.
Għat-tieġ akkumpanjahom it-tifel ċkejken u gustuż Harry fejn flimkien ma’ missieru u ommu qasmu l-kejk tat-tieġ.