In-negozjant Yorgen Fenech reġa’ ġie arrestat għal darb’oħra sabiex ikomplu l-investigazzjonijiet b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fenech huwa s-suspettat ewlieni f’dan il-qtil.
Il-Ġimgħa huwa ngħata l-police bail u mar il-Qorti sabiex iwaqqaf lill-Kap tal-Iskwadra tal-Omiċidji Keith Arnaud milli jinvestiga l-każ.
Waqt li kien bil-police bail huwa deher il-Qorti jitkellem mal-ġurnalisti fil-kurituri tal-Qorti. Filwaqt li x’ħin ħareġ ta intervista lill-ġurnalisti.
Intant dalgħodu ġie rrapportat li Yorgen Fenech ippreżenta rikors fil-Qorti tal-Maġistrati għax allega li mhux qed jiġi ttrattat sew mill-pulizija meta jingħata l-police bail.